It-tim tal-LifeCycle Malta 2025 telaq minn Malta u wasal qawwi u sħiħ fil-Ġordan, fejn l-isfida straordinarja ta’ din is-sena mistennija tibda nhar il-Ħadd.
It-tim magħmul miċ-ċiklisti u l-ekwipaġġ ta’ appoġġ niżlu fil-Ġordan u mal-wasla ivvjaġġaw lejn Petra, sit tal-wirt dinji tal-UNESCO, fejn se jirċievu l-aħħar tagħrif u jagħmlu l-kontrolli neċessarji fuq it-tagħmir tagħhom qabel il-bidu uffiċjali tal-isfida. It-tim se jsuq ir-rota tul rotta ta’ 2,000 kilometru f’għaxart ijiem, minn Petra sal-kosta tal-Baħar l-Aħmar f’Jeddah, l-Arabja Sawdija. Huma mistennija jinnavigaw pajsaġġi differenti inkluż spazji ta deżert, passaġġi fil-muntanji, u meded twal ta’ art mal-kosta, bil-għan li jiġbru fondi għall-pazjenti li jbaghtu mill-mard tal-kliewi.
Il-Fondazzjoni LifeCycle (Malta) hija l-unika NGO f’Malta ddedikata kompletament għas-saħħa tal-kliewi. Il-fondi miġbura jmorru għas-software Traccia li jqabbel donaturi u riċevituri tal-kliewi fir-Renal Unit tal-Isptar Mater Dei, appoġġ għall-pazjenti bil-mard tal-kliewi, xiri ta’ tagħmir, u investiment fir-riċerka b’kollaborazzjoni mar-Research Innovation and Development Trust (RIDT) tal- Universita’ ta’ Malta.
Il-LifeCycle Challenge 2025 għandu l-appoġġ tal-isponsor ewlieni Nescafé flimkien ma’ sponsors oħra bħal Hili Ventures, Government of Malta Social Causes Fund, Smart Technologies Ltd, Brown’s Pharmacy, M&Z plc, Nuun Hydration, JPA, Laferla Insurance, Valletta Waterfront, Unicare, Mimici Foundation u The Web Ally.
Donazzjonijiet lil-LifeCycle Foundation jistgħu jsiru permezz tar-Revolut fuq 9932 9101, permezz ta’ PayPal mil-link: https://buff.ly/35g17CC jew billi wieħed jibgħat SMS: 5061 7370 għal donazzjoni ta’ €2.33; 5061 8920 għal €6.99; 5061 9229 għal €11.65. Wieħed jista’ wkoll iċempel fuq 5160 2020 għal donazzjoni ta’ €10; 5170 2005 għal €15; u 5180 2006 għal €25.
Donazzjonijiet permezz ta’ trasferiment bankarju jistgħu jsiru permezz tal-kodiċi Swift VALLMTMT, IBAN MT 18 VALL 22013000000014814521017. L-isem tal-bank huwa Bank of Valletta, u n-numru tal-kont huwa 14814521017.
Il-LifeCycle (Malta) Foundation hija reġistrata mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji – VO/0529
//= $special ?>

