Il-BBC għamel apoloġija lill-President tal-Istati Uniti Donald Trump fuq l-episodju tal-programm Panorama li kien qabad biċċiet differenti mid-diskors tiegħu tas-6 ta’ Jannar tal-2021 u għaqadhom flimkien b’tallimod li skont Trump taw impressjoni żbaljata.
L-istazzjon BBC insista li m’hemmx bażi biex jagħti kumpens lil Trump, bil-korporazzjoni tgħid li l-muntaġġ ta impressjoni żbaljata li Donald Trump għamel talba diretta għal azzjoni vjolenti.
Il-BBC qal ukoll li mhux se xxandar aktar dan il-programm speċifiku.
L-Avukati ta’ Trump, qegħdin jgħidu li se jfittxu lill-BBC għal Biljun Dollaru f’danni, jekk dawn ma jiskużawx ruhħhom u jagħtu kumpens.
Din il-kwistjoni, waslet għar-riżenja tad-direttur ġenerali tal-BBC Tim Davie u l-Kap tal-Kamra tal-Aħbarijiet Deborah Turness.
//= $special ?>

