Omar Bah, ċittadin Gambjan, instab ħati ta’ pussess sempliċi ta’ kannabis minn ġurija f’ġuri li beda’ nhar it-Tnejn li għadda. Huwa għadda ġuri fejn kien qed jiġi mixli li kellu d-droga b’ċirkustanzi li juru li ma kinitx għall-użu personali u li kkonfoffa biex jittraffika d-droga.
Huwa dejjem ċaħad dawn l-akkużi. Il-każ imur lura għal Diċembru 2014 meta Sampson Twene, ċittadin Ganjan, inqabad mill-pulizija wara li niżel minn vjaġġ minn Sqallija bil-kannabis moħbija fil-bagalja tiegħu. Matul l-interrogazzjoni, Twene qal li kien qed jaġixxi fuq istruzzjonijiet ta’ “John”, Gambjan ieħor jgħix fl-Italja, li qallu biex jagħti l-pakkett lil Bah bi ħlas.
Twene għen lill-pulizija jwettqu kunsinna kkontrollata u ltaqa’ ma’ Bah quddiem il-Fortizza f’Sliema, fejn huwa ta l-pakkett u Bah ħallas għall-kunsinna. L-analiżi tal-pulizija kkonfermat li l-pakkett kien fih 801 gramma kannabis grass b’purità ta’ 7.2%, b’valur tat-triq ta’ aktar minn €20,000.
Twene kien ammetta l-akkużi tiegħu fl-2016 u ġie kundannat ħames snin ħabs u multa ta’ €12,000. Wara li skonta s-sentenza ġie ddeportat lejn pajjiżu. Il-ġurati, li rritornaw il-verdett tagħhom wara erba’ sigħat ta’ deliberazzjoni, iddeċidew li Bah ma kienx ħati ta’ konfoffa għat-traffikar iżda sabuh ħati biss tal-pussess sempliċi ta’ kannabis.
Il-Qorti Kriminali issa qed tissokta għal ġimgħa d-dieħla biex tisma’ s-sottomissjonijiet fuq il-piena u biex tagħti s-sentenza finali. Il-kawża kienet preseduta mill-Imħallef Neville Camilleri, bil-prosekuzzjoni rappreżentata mill-Avukati Ġenerali Maria Francesca Spiteri u Daniel Tabone, filwaqt li Bah qed jiġi assistit mill-avukat Simon Micallef Stafrace.
//= $special ?>

