Konfermata aħbar oħra mill-gazzetta il-Mument; Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi mhux ser jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss.
Dan ikkonfermah hu stess f’post fuq il-midja soċjali wara rapporti minn ġurnali oħra li komplew jikkonfermaw l-aħbar tal-gazzetta il-Mument.
Intant il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi saħaq li avża lil Robert Abela bid-deċiżjoni tiegħu; ċioe li mhux ser ikun kandidat fl-elezzjoni ġenerali.
Wara din il-konferma komplew jiċċirkulaw stejjer dwar nuqqas ta’ qbil mal-Uffiċju tal-Prim Ministru. Intant rapporti fuq il-midja ta’ ġurnali oħra, kif ukoll fl-aħbar fil-gazzetta il-Mument, jitkellmu wkoll sorsi interni fi ħdan il-Partit Laburista li jisħqu dwar kif ir-relazzjoni bejn Zrinzo u l-Mexxej tal-Labour ilha bit-tirbulenzi u kompliet tiggrava meta Robert Abela, qaċċat il-Lands mill-Ministeru tiegħu għal ta’ Owen Bonnici fl-aħħar re-shuffle fil-kabinett Laburista aktar kmieni din is-sena.
Fil-passat kien hemm wkoll rapporti dwar kif kien hemm wkoll nuqqas ta’ qbil fuq il-każ traġiku ta’ Jean Paul Sofia.
Aktar kmieni – 1:42pm
Rapporti mill-media qed ikomplu mal-istorja ppublikata fil-Gazzetta ‘il-mument’, ċioe l-istorja dwar kif Il-Ministru tal-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi mistenni jtemm il-karriera politika tiegħu u ma jikkontestax l-elezzjoni ġenerali li jmiss.
Dan hekk kif sorsi interni mit-team ta’ Zrinzo Azzopardi saħqu li mhux qed isiru attivitajiet politiċi min naħa tiegħu, dan filwaqt li qalu wkoll li r-relazzjoni tiegħu ma’ Robert Abela mhi tajba xejn.
Intant ir-rapport fuq il-midja jgħid ukoll li sorsi interni fi ħdan il-Partit Laburista tkellmu mal-mument u saħqu li r-relazzjoni bejn Zrinzo u l-Mexxej tal-Labour ilha bit-tirbulenzi u kompliet tiggrava meta qaċċat il-Lands mill-Ministeru tiegħu għal ta’ Owen Bonnici.
Bil-ġurnali jisħqu li dan sar għaliex kien hemm indħil żejjed mill-Uffiċju tal-Prim Ministru, fil-Ministeru ta’ Stefan Zrinzo Azzopardi – b’riżultat li l-istess Zrinzo Azzopardi, mistenni jtemm il-karriera politika tiegħu fl-aħħar ta’ din il-leġislatura.
//= $special ?>

