Sport

Riżultati mħallta għall-Maltin fil-Kampjonat tal-Ewropa tal-Blackball

Il-Kampjonat tal-Ewropa tal-Blackball daħal fis-sitt ġurnata ta’ logħob fil-belt Irlandiża ta’ Ennis meta kien hemm riżultati mħallta fil-kategoriji li t-timijiet u plejers Maltin ħadu sehem fihom.

Il-logħba bejn Malta A u Ingilterra A kienet wieħed mill-aktar ibbilanċjati tal-ġurnata wara li l-vantaġġ baqa’ jalterna min-naħa għall-oħra. Kull frame kien deċiżiv, u minkejja li Malta fetħet tajjeb, l-Ingilterra kull darba kisbet id-draw sakemm ħadet vantaġġ minimu fir-rebħa ta’ 13-12. Aktar qabel it-tim immexxi minn Clevion Micallef għelbu lill-Katalunja 17-8.

Fis-sezzjoni Men’s B, Malta ddominat b’rebħa kbira 19-6 kontra l-Irlanda ta’ Fuq B1 filwaqt li Malta Seniors B tilfu 15-10 kontra Wales Seniors B.

Fil-kategorija Taħt it-23 sena , Malta ddominat għalkollox lill-Irlanda 3 fir-rebħa  ta’ 22-3.

It-tim nazzjonali ta’ taħt il-15-il sena , kompla bis-serje pożittiva wara li għeleb lill-Iskozja 11-4, u aktar tard għeleblil Wales A 12-3.