Lokali

Żewġt irġiel arrestati ftit ħin wara li wettqu serqa


Fis-sigħat bikrin tal-Ġimgħa filgħodu, għall-ħabta tan-nofsiegħa ta’ filgħodu, il-Pulizija rċevew rapport dwar serqa minn ħanut fi Triq Birkirkara, San Ġwann.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li żewġt irġiel, armati b’arma li taqta u bil-ponta,
daħlu fil-ħanut u talbu l-flus lill-kaxxier, raġel ta’ 26 sena residenti l-Fgura. F’dak il-mument, il-kaxxier mbotta vetrina fuq l-aggressuri, iżda wieħed minnhom xejjer l-arma u laqat lillħaddiem f’idu qabel ma’ ħarbu jiġru minn fuq il-post.

Immedjatament bdew it-tfittxijiet u rriżulta li ż-żewġ suspettati kienu ħarbu b’vettura li kienet
insterqet ftit tal-ħin qabel minn Ħal Qormi.

Ftit wara s-siegħa ta’ filgħodu, waqt tfittxijiet fi Triq in-Naxxar, San Ġwann, uffiċjali
tal-Pulizija lemħu l-istess vettura pparkjata, b’żewġt irġiel fiha, li kienu jaqblu mad-deskrizzjoni
li ngħataw tal-persuni li allegatament wettqu s-serqa.Raġel ta’ 51 sena residenti Santa Venera li kien fuq in-naħa tax-xufier u raġel ta’ 44 senaresidenti Ħal Qormi ġew arrestati u fi tfittxijiet li saru, il-Pulizija sabet sikkina, ingwanti u diversi għodda.Aktar tard il-kaxxier kien iċċertifikat bi ġrieħi ħfief.

Il-Maġistrat Joseph Mifsud kien infurmat u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet
tal-Pulizija għadħom għaddejjin.