Lokali

Esibizzjoni ta’ madwar 500 mudell u figurini mill-Assoċjazzjoni tal-Modeling Engineers

F’Sala Yvonne, fi Triq Santa Monika tal-Pietà qed issir wirja mill-Assoċjazzjoni tal-Modeling Engineers li tinkludi mal-500 biċċa, b’60  minn dawn il-bicciet ser ikunu għall-kompetizzjoni.

Ramon Borg, il-President ta’ din l-assoċjazzjoni spjega lil Net News li din l-essebizzjoni tinkludi mat-12-il sezzjoni li jinkludu mudelli tal-avjazzjoni, tal-karozzi, tal-crafts, dioramas, eġinerija, figurini u ferroviji fost oħrajn.

Din l-assoċjazzjoni, ilha mwaqqfa mill-1983, u bħala assoċjazzjoni jiltaqgħu darbtejn fix-xahar u regolarment jagħmlu lecturesfejn jistiednu esperti kemm lokali u anka internazzjonali

Intant, din l-esebizzjoni se tkun miftuħa fis-Sala Yvonne, mill-15 sat-23 ta’ Novembru mid-9:00 sat-20:00 fil-weekend u fost il-ġimgħa mill-16:00 sat-20:00.