Ir-Rabat Għawdex ingħażlet sabiex ikun il-Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2031.
Wara li fl-2012 il-Belt Valletta kienet dikkjarata bħala Kapitali Ewropea għall-2018, din id-darba ntgħażlet prorpju din il-Belt Għawdxija. Flimkien magħha kien hemm nominata l-Belt tal-Birgu; madanakollu din tal-aħħar sfortuntament ma ntgħażlitx.
Mistieden waqt il-programm Net Live, is-Sindku tar-Rabat, Brian Azzopardi, saħaq illi jinsab verament kuntent b’din il-kisba u spjega li issa għaddejjin b’ħidma kontinwa ma’ diversi bliet Spanjoli hekk kif waħda minnhom se tkun qed taqsam dan it-titlu proprju mar-Rabat.
Huwa spjega li matul dan il-proċess il-Kunsill iltaqa’ ma’ diversi persuni u għaqdiet sabiex il-preparamenti għal dan it-titlu tant prestiġjuż jagħmluhom tagħhom u jkunu parteċipi għal din is-sena li huma tant ħerqana għaliha.
Azzopardi insista li l-Unjoni Ewropea ċertament bgħatet messaġġ b’din l-għażla għaliex li tintgħażel Belt bħal ma hi r-Rabat Għawdex qed turi bil-provi li din hija unjoni inklussiva.
L-inizjattiva tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura, ġiet introdotta lura fl-1985, u tiċċelebra d-diversità tal-kulturi madwar l-Unjoni Ewropea.
Il-belt Victoria issa se tkun qed tissokta bi preparamenti importanti b’rabta mal-programmi kulturali tagħha.
//= $special ?>
