Rugby Sport

It-tim Malti superjuri fuq Ċipru

Fil-kompetizzjoni Conference tal-Irġiel, illum wara nofs in-nhar rebħa għat-tim nazzjonali Malti tar-Rugby taħt it-tmexxija tal-kowċ Joseph Cutajar bl-iskor finali ta’ 27-8 kontra Ċipru.

Malta kienet qed tilgħab f’Tsirio Stadium, f’Limassol u tul il-logħba dejjem kienet superjuri għall-avversarji. L-ewwel taqsima ntemmet 13-3 favur Malta, bl-avversarji Ċiprijotti fil-bidu tat-tieni taqsima resqu viċin għal Malta meta naqsu l-iskor għal 13-8.

Madankollu, kien minn hemhekk ‘il quddiem li Malta ħadet il-kontroll tal-partita f’idha biex ksibna rebħa mistħoqqha ta’ 27-8, f’partita fejn Malta skorjat erba’ darbiet minn tries kontra d-darba ta’ Ċipru u wettaqna żewġ conversions.