Lokali

Jingħata bidu għal ‘Future Leaders’; programm li jagħti taħriġ lil żgħażagħ interessati fil-politika

“Il-politika mhux xi ħaġa maħmuġa imma hija l-aqwa għodda biex ngħinu l-poplu Malti u Għawdxi kollu. Tiddejqux mill-politika”

Hekk tenna s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello il-Ġimgħa filgħaija waqt il-ftuħ tal-programm ta’ taħriġ tal-AZAD Future Leaders, fejn spjega lil dawk preżenti li huma potenzjalment il-politikanti tal-futur.

Ritratt: Martin Agius

Dan hekk kif Future Leaders jiġbor flimkien nies li jixtiequ jitgħallmu, jikkontribwixu u jiddibaturi dwar il-futur ta’ pajjiżna.

Charles Bonello stqarr li Future Leaders huwa għal qalbu ħafna għax huwa inizjattiva li tagħti esperjenza ta kif il-politika tista tassew twassal għal ħafna ġid.

Ritratt: Martin Agius

Il-ftuħ tal-Future Leaders, kien indirizzatt ukoll minn rapreżentanta tal-Konrad Adenauer Foundation, Francesca Tralli, li spjegat liż-żgħażagħ preżenti li fil-preżent qed naffaċċjaw żmien ta’ sfidi, ta’ gwerer u aggressjoni. Dan flimkien ma’ sfidi fuq id-demokrazija.

Ritratt: Martin Agius

Il-programm fuq inizjattiva ta’ AZAD, imexxi minn Roderick Agius ingħata bidu il-Ġimgħa filgħaxija, u dawk preżenti kienu indirizzatti wkoll mix-Shadow Minister Ivan Bartolo.

Ritratt: Martin Agius

Matul il-jum tas-Sibt, fid-Dar Ċentrali ż-żgħażagħ ingħataw tagħrif  dwar il-public speaking, l-użu tas-social media, taħriġ dwar il-kitba tal-artikli u l-aħbarijiet kif ukoll taħriġ dwar kif titkellem fuq it-televiżjoni u l-media.

Ritratt: Martin Agius

Is-sezzjoni ta’ Novembru ta’ Future Leaders tiġi fi tmiema l-Ħadd filgħodu bis-sezzjoni ta’ Q&A mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg.

Intant, dan il-programm għandu storja ta’ suċċess, hekk kif uħud minn dawk li ħadu sehem f’edizzjonijiet preċedenti huma Membri Parlamentari, Sindki u Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista.