Internazzjonali

Jispiċċa l-ħabs wara serqa ta’ pittura ta’ Banksy f’Londra

Larry Fraser ta’ 49 sena minn Kechton, Londra ġie kkundannat 13-il xahar ħabs wara li nstab ħati li seraq pittura famuża tal-arti magħruf bħala Banksy.

Din is-serqa seħħet fit-8 ta’ Settembru tal-2024, meta Fraser għamel użu minn martell biex ikisser il-bieb tal-entratura ta’ Grove Gallery f’Londra u neħħa mix-xerqa l-opra magħrufa Girl with Balloon, li għandha valur ta’ madwar €300,000

Fraser kien liebes maskra, ġakketta u ingwanti biex jipprova jaħbi l-identità tiegħu, fejn ġie identifikat mill-Pulizija permezz ta’ filmati tas-siġurtà li juru l-mument meta tella’ din l-arti f’vann.

Hu telaq minn fuq il-post, fejn imbagħad huwa ġie arrestat mhux ‘l bogħod mill-gallerija, xi ftit toroq ‘l isfel minn fejn sar ir-reat.

L-investigazzjonijiet wasslu wkoll sabiex James Love, ta 54 sena ikun akkużat, li allegatament kien qed isuq il-vann u li ġie msemmi bħala kompliċi f’din is-serqa.

Intant, din l-arti kienet instabet mill-Pulizija aktar tard u ġiet ritornata lura sabiex terġa’ titpoġġa għall-wirja.

Fil-Qorti, Fraser ammetta r-responsabbiltà tiegħu fis-serqa, iżda sostna li ma kienx konxju mill-valur tal-pittura, bil-Qorti tqies dan il-każ bħala wieħed serju.