Id-Demokratiċi fil-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Istat Uniti ppublikaw sensiela ta’ emails li fihom in-negozjant Jeffrey Epstein wera li l-President tal-Istat Uniti Donald Trump kien konxju mill-abbuż sesswali u t-traffikar ta’ tfajliet li kien qed iseħħ.
Dawn il-messaġġi, mibgħuta lil Ghislaine Maxwell u lil awtur Amerikan, juru li vittma tat-traffikar qattgħet ħin sinifikanti fid-dar ta’ Epstein fil-preżenza ta’ Trump, fejn id-Demokratiċi qed iqajjmu bosta mistoqsijiet dwar ir-relazzjoni bejn it-tnejn. Trump min-naħa tiegħu qed jibqa’ jiċħad kull għarfien jew involviment u sa issa ma ġiex akkużat b’ebda reat.
Il-pubblikazzjoni tal-emails qed terġa’ tqajjem il-kontroversja dwar kif il-każ ta’ Epstein ġie trattat mid-dipartiment tal-Ġustizzja, li diġà ddikjara li ma teżisti ebda lista formali ta’ klijenti u li l-mewt tan-negozjant fil-ħabs kienet klassifikata bħala suwiċidju.
Id-Demokratiċi issa qed jgħollu l-pressjoni biex jiġu ppubblikati l-fajls kolla tal-każ, b’din l-istorja tkompli tħalli dell fuq ir-rabtiet bejn Epstein u Trump.
//= $special ?>

