Lokali Saħħa

“Mill-edukazzjoni ngħaddu għall-infurzar” – l-Ispeaker Anglu Farrugia dwar id-dijabte

Jeħtieġ li mill-Edukazzjoni nimxu għall-infurzar, ma nistgħux nibqgħu nitilfu iżjed ħajjiet għal kundizzjoni tad-dijabete, hemm bżonn li nagħmlu l-ikel suntanzjuż iktar aċċessibli u rħis u mhux bil-kontra.

Dan kien il-messaġġ ewlieni li wassal l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rapreżentanti ta’ Malta Anglu Farrugia waqt il-Diabetes Global Network Global Parliamentary Forum fejntenna li l-edukazzjoni mhux biżejjed.

Anglu Farrugia tenna li il-poplu qed jiġi espost għal wisq ikel u li għandu ammonti kbar ta’ zokkor u melħ, u għalhekk dan it-tip ta’ ikel u anka xorb għandu jkun intaxxat, biex ikun inqas affordabbli.

L-Ispeaker sostna li d-dijabete hija kriżi li dejjem qed teskala hekk kif skont l-aħħar statistika, iktar minn 540 miljun persuna madwar id-dinja tbati mid-dijabete bl-istimi jur li dan l-ammont jaf jitla’ sa 643 miljun sal-2030.

    F’Malta biss madwar 49 elf persuna għandha l-kundizzjoni tad-dijabete, li huwa bejn wieħed u ieħor ekwivalenti għal 10% tal-popolazzjoni.

    Din il-forum kien indirizzat ukoll mil-Eks Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May li qasmet l-esperjenza tagħha bħala persuna li tgħix bid-dijabete. Fejn stqarret li meta ġiet infurmata li kienet ġiet diagnosed bid-dijabete tat-tip tnejn kienet ħadet xokk kbir hekk kif ħasbet li f’dik l-eta kienet kbira wisq biex tiġi diagnosed.

    F’intervent verament onest fil-Parlaemnt Theresa May spjegat ukoll kif iz-zokkor dejjem jitlala qabel ma twieġeb xi Mistoqsija Parlamentari.