Lokali

Myriam Spiteri Debono tiddaħħal l-isptar għal intervent mediku

Il-President Myriam Spiteri Debono ser tidħol l-Isptar Mater Dei s-Sibt 15 ta’ Novembru għal intervent mediku li jirrikjedi anestesija ġenerali.

Il-President ta’ Malta mhux se tkun tista’ taqdi l-funzjonijiet tagħha matul il-jum tas-Sibt 15 ta’ Novembru 2025.

Matul dan il-perjodu, Helena Dalli se tkun qed tokkupa l-kariga ta’ Aġent President tar-Repubblika.