Lokali

Xufier ta’ mutur weġġa’ gravi wara ħabta bejn mutur u karozza fis-Swieqi

Xuffier ta’ mutur ta’ 27 sena u li jgħix San Ġwann weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fis-Swieqi.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-18:00, fi Triq Tal-Ibraġ, is-Swieqi.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħa bejn Volkswagen Golf misjuqa minn mara ta’ 23 sena residenti Tas-Sliema u mutur Sunra Robo-S misjuq minn raġel ta’ 27 sena u jgħix San Ġwann.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.