Matul il-Jum tal-ħadd, propju jumejn wara li ngħatat bidu t-tielet edizzjoni tal-programm Future Leaders, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg wieġeb għad-domandi tal-parteċipanti – iż-żgħażagħ li lkoll għandhom għal qalbhom il-politika.
Liema domandi kienu marbuta ma’ diversi suġġetti fosthom: l-għoli tal-ħajja, l-edukazzjoni, l-ambjent, it-trasport tal-massa, l-iskandlu ta’ Steward u l-arbitraġġ fost temi oħrajn.
Matul din is-sessjoni ta’ Q & A , mistoqsi domanda dwar iż-żgħażagħ, l-opportunitajiet u l-futur f’Malta, il-Alex Borg tenna li ż-żgħażagħ veru jistgħu ikunu il-protagonisti tal-futur ta’ pajjiżna u għandhom ikunu fil-qalba tad-deċiżjonijiet importanti ta’ pajjiżna. Semma kif il-Partit Nazzjonalista qed ikompli jiġġedded għaż-żgħażagħ permezz tat-think thank biex iż-żgħażagħ jiddeċiedu il-proposti u l-viżjoni għaż-żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista. Stqarr li jemmen bis-sħiħ fil-kapaċita taż-żgħażagħ.
Persuna oħra staqsiet lil Alex Borg dwar l-għoli tal-ħajja u l-appoġġ lil żgħażagħ li jixtiequ jixtru dar. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalisa tenna li l-Partit Nazzjonalisa diga ħareġ diversi proposti li jistgħu jgħinu liż-żgħażagħ isiru sidien ta’ djarhom fosthom l-iskema tar-rent to own, l-equity sharing model u li jkomplu jiġu inċentivati postijiet vakanti. Stqarr li fadal aktar proposti x’joħorġu u li se jkunu qed jindirizzaw l-isfidi li qed jaffaċċjaw iż-żgħażagħ.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien mistoqsi anke dwar is-sistema tal-edukazzjoni u l-ħiliet u x’jaħseb li għandu jinbidel. Stqarr li l-edukazzjoni trid tkun imqabbla mal-avvanzi tat-teknoloġija f’pajjiżna. Hawnhekk fakkar f’meta fil-passat Gvern Nazzjonalista għaqqad il-Lufthansa Technique mal-MCAST sabiex ikun hawn iktar skilled workforce. Stqarr kif jeħtieġ li ngħaqdu l-edukazzjoni man-niċeċ ekonomiċi biex ikollna skilled workforce biżżejjed li jista’ jidħol f’dawn is-setturi li jistgħu jġibu xogħlijiet ta’ kwalita għal pajjiżna.
B’rabta mal-ambjent u l-kwalità tal-ħajja, stqarr kif ftit tal-Ġimgħat ilu l-Partit Nazzjonalista ressaq Private Member’s Bill fi ħdan l-ambjent sabiex jiġi ssalvagwardjat fil-kostituzzjoni ta’ pajjiżna. Dan bl-għan li jkun hawn serħan il-moħħ li jista’ jkollna aktar ħdura f’pajjiżna, il-green belt u aktar spazji miftuħa li jkunu jistgħu jitgawdew mill-familji tagħna.
Mistoqsi dwar l-istress u l-ansjetà fost iż-żgħażagħ, il-Kap tal-partit Nazzjonalista tenna li s-saħħa mentali li l-partit Nazzjonalist qed jimbutta politika li tagħti l-appoġġ u toħloq l-awareness. Fakkar kif fid-diskors li għamel għall-Budget 2026, tkellem dwar il-ħolqien ta’ ekosistema t’għajnuna f’kull raħal permezz ta’ hubs speċjalizzati li jagħtu appoġġ lil min ikun qeb ibati minn kunizzjonijiet ta’ saħħa mentali. Semma wkoll kif saħaq dwar l-importanza tal-wegħda għal sptar ġdid tas-saħħa mentali.
Dwar is-sistema tat-trasport tal-massa, stqarr kif bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista kien lest li jpoġġi flimkien ma ‘ Robert Abela u jiddeċiedu u jattwaw il-metro u nneħħu l-problema tat-traffiku li għandna f’pajjiżna. Stqarr kif b’rabta mal-metro il-Partit Nazzjonalista għandu direzzjoni waħda filwaqt li l-Partit Laburista għandu elf direzzjoni.
//= $special ?>

