Membri tal-Fraternita’ Charles de Foucauld Malta, kienu fost dawk li dalgħodu kmieni mlew Pjazza San Pietru biex jieħdu sehem fil-Ġublew tat-Tama, fil-Jum Dinji tal-Fqar, jum istitwit minn Papa Franġisku.
Papa Ljun XIV qiegħed jiċċelebra l-Quddiesa fil-Bażilika ta’ San Pietru, li mistennija tkun esperjenza li tiġbor lil kulħadd mid-dinja kollha f’atmosfera ta’ talb u ġabra. Esperjenza ta’ Imħabba fil-qalba tal-Knisja li tgħaqqad lil kulħadd fil-Qalb ta’ Kristu.








