Sport Sport Ieħor

Mevrick Zammit hu ċ-champion il-ġdid Ewropew tal-Blackball

Mevrick Zammit
Mevrick Zammit

Wara r-rebħa importanti ta’ Steven Muscat u Nordai Desira fil-Under 23 Doubles European Championship, il-Maltin komplew jimpressjonaw f’Ennis.

Il-Malta U15 kisbet rebħa storika meta ħadu l-midalja tad-deheb fl-istess kampjonat wara prestazzjoni dominanti li wasslet għar-rebħa ta’ 8-4 fuq l-Irlanda.

Intant it-tim tas-Seniors kienu ukoll ta’ suċċess hekk kif huma ukoll rebħu midalja tad-deheb din id-darba meta ddominaw kontra l-Ingilterra, bl-iskor finali jkun 12-1.

It-tim A tal-irġiel sfortunatament safa’ megħlub kontra l-Ingilterra bl-iskor ta’ 13-8. Wara ġurnata impenjattiva kien jonqos li jkun fl-azzjoni Mevrick Zammit kontra Anthony Monarch, fil-kompetizzjoni singles, bil-Malti jirbaħ bl-iskor ta’ 7-5.