Futbol Sport

Portugall u n-Norveġja jaċċertaw mir-rebħ tal-grupp u kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja

Il-Portugall jiċċelebraw il-goleada kontra l-Armenja u kwalifikazzjoni ċerta għat-Tazza tad-Dinja.
Il-Portugall jiċċelebraw il-goleada kontra l-Armenja u kwalifikazzjoni ċerta għat-Tazza tad-Dinja.

Portugall kisbu rebħa kbira ħafna fuq l-Armenja hekk kif għelbuhom bl-iskor ta’ 9-1 fi Grupp F, minkejja li l-Portugiżi lagħbu mingħajr l-istilla tagħhom Cristiano Ronaldo, hekk kif il-plejer leġġenadrju ntwera l-ewwel karta ħamra diretta fil-karriera tiegħu fl-aħħar partita li lagħbu mill-istess kwalifikazzjoni, fejn fiha tilfu 2-0 kontra l-Irlanda.
Minkejja li ma kienx involut fil-partita, din ir-rebħa twassal biex il-Portugall tilgħab fit-Tazza tad-Dinja 2026.

Din se tkun is-sitt edizzjoni li Cristiano Ronaldo lagħab fiha, hekk kif kiser ir-rekord b’dan it-tragward. Renato Veiga fetaħ l-iskor wara 7 minuti, biex Eduard Sperstian skorja l-gowl tad-draw u ħasad lill-avversarji fit-18-il minuta.

Portugall bdew jiskorjaw il-maġġoranza tal-gowls wara t-28 minuta, u x’ħin bdew, ma waqfux. Goncalo Ramos sab ix-xibka, kif ukoll Joao Neves li skorja l-ewwel tripletta mat-tim nazzjonali, flimkien ma’ Bruno Fernandes li ukoll skorja tlett gowl u l-aħħar gowl wasal minn Francisco Conceicao.

L-Irlanda resqu pass eqreb bir-rebħa straordinarja li kisbu fuq l-Ungerija fil-partita deċiżiva biex sar magħruf minn se jispiċċa t-tieni fi grupp F u jgħaddi għall-fażi li jmiss ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2026. L-Irlanda kisbu rebħa stupenda permezz ta’ tripletta ta’ Troy Parrott, bl-aħħar gowl jasal fl-aħħar sekondi tal-partita biex iwassal l-Irlanda fit-tieni post b’10 punti wara 6 partiti, żewġ punti iżjed mill-Ungreżi fit-tielet post.

Daniel Lukacs jiskorja wara 4 minuti għall-Ungeriżi, biex Troy Parrott jiskorja l-gowl tad-draw meta jikkonverti l-penalty tiegħu eara kwarta logħob. Barnabas Varga jixħet ġewwa minn suġġeriment ta’ Milosz Kerker fis-37 minuta. L-istess Parrott jiskorja fit-80 minuta u jagħmel l-iskor indaqs, biex fis-96 minuta, l-attakkant jiskorja it-tielet gowl tiegħu fil-partita u jwassal lit-tim tiegħu għal din il-fażi storika.

L-Ingilterra lestew ir-rekord perfett tagħhom hekk kif ikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja b’rekord perfett ta’ 8 rebħiet f’8 logħbiet, fejn mhux talli skorjaw 22 gowl, iżda ma kkonċedew l-ebda gowl f’dawn it-tmien partiti. Id-difiża Ingliża tkun verament impressjonanti f’din il-kwalifikazzjoni. Żewġ gowl ta’ Harry Kane fl-aħħar kwarta logħob iwasslu għar-rebħa Ingliża.

Intant, mill-istess grupp, Is-Serbja rebħu 2-1 fuq il-Latvja, madankollu dawn it-tlett punti ma kienux biżejjed biex is-Serbi jgħaddu mal-ewwel tnejn, hekk kif l-Albaniżi kisbu 14-il punt f’6 partiti, filwaqt li s-Serbi kisbu 13-il punt.

Il-Latvja tiftaħ l-iskor fit-12-il minuta minn Vladislavs Gutkovskis, biex fid-49 minuta jiskorja Aleksander Katai għas-Serbja u AAleksnader Stankovic wara siegħa logħob jagħti l-vantaġġ. Franza irnexxielhom jegħlbu lil Ażerbajġan 3-1 biex temmew il-kwalifikazzjoni tagħhom mingħajr telfa, hekk kif kisbu 5 rebħiet u draw waħda f’6 partiti
Ażerbajġan ħasdu lill-Franza fir-raba’ minuta meta fetħu l-iskor permezz ta’ Renat Dadashov.

Franza jiskorjaw permezz ta’ Jean-Philippe Mateta, Maghnes Akliouche u auto-gowl ta’ Magomesdaliyev, u kellhom żewġ gowls ikkanċellati bil-VAR ta’ Malo Gusto u Khephren Thuram. Dawn il-gowls kollha jaslu fl-ewwel taqsima.

Rebħa kruċjali tasal ukoll għall-Ukrajna li tegħleb lill-Iżlanda 2-0 biex titħol fit-tieni post flokk l-avversarji tagħha. Gowls fl-aħħar għaxar minuti logħob minn Zubkov u Gutsuliak jagħtu t-tlett punti lill-Ukreni biex temmew fuq għaxar punti, tlett punti fuq l-Iżlanda.

F’partita li ma tfisser xejn, Iżrael għelbu lil Moldova 4-1 fi Grupp I. Moldova spiċċaw jilagħbu b’għaxra hekk kit tkeċċa Sergius Perciun wara 18-il minuta. Iżrael jiskorjaw permezz ta’ Tugerman fil-21 minuta, segwit minn gowl ta’ Nicolaescu fis-37 minuta biex il-Moldova għamlu l-iskor indaqs. Revivo jiskorja għall-Iżrael fit-tieni taqsima. Żewġ gowls oħra ta’ Revivo u Peretz waslu fit-tieni taqsima għall-Iżrael.

Rebħa ta’ 4-1 għam-Norveġja fuq l-Italja, bin-Norveġiżi jikkwafikaw għat-Tazza tad-Dinja fl-ewwel post, u bit-Taljan jibqgħu jilagħbu man-nar biex jerġgħu ma jikkwalifikawx għat-Tazza tad-Dinja għat-tielet darba konsekuttiva. L-Italja tiftaħ l-iskor permezz ta’ Esposito wara 11-il minuta, biex Nusa jiskorja l-gowl tad-draw fit-63 minuta. Erling Haaland jiskorja dopjetta fit-tieni taqsima u Larsen ikabbar l-iskor. In-Norveġja kisbet 22 punt fi 8 logħniet u ma tlifitx logħba.