Erba’ persuni ttieħdu għall-osservazzjoni f’Mater Dei wara li ġew salvati minn nirien li qabad fi blokka ta’ appartament fil-Mosta. Il-pulizija ssejħu fuq il-post is-Sibt bil-lejl, ftit qabel il-11pm, f’residenza fi Triq il-Bażilika fil-Mosta.
Kif wasslu fil-post il-pumpiera tan-nar sabu nirien fil-komun tal-blokka ta’ erba’ appartamenti li qabad B’kollox fil-post kien hemm 10 pumpieri, żewġ vetturi tat-tifi tan-nhar u sellun li jintuża f’dawn l-emerġenzi biex jinħelsu sitt residenti minn nirien li beda tiela ‘l fuq. Magħhom ġew salvati wkoll, kelb, qattus, fenek u pappagall. Erba’ mir-residenti ddaħlu l-isptar Mater Dei għall-aktar trattament mediku.
In-nierien kien irrappurtat fil-komun minħabba li qabdu l-meters tad-dawl. Il-pulizija għalqu t-toroq biex tkun tista’ ssir l-operazzjoni tas-CPD b’mod kalm u effettiv.
Fil-post waslu wkoll ambulanzi u tim mediku li assista lir-residenti mweġġgħin u dawk b’xokk fuqhom filwaqt li bagħtu 4 residenti biex jirċievu iktar kura.
//= $special ?>

