Kien weekend ta’ suċess dak ta’ dan il-weekend fejn kulħadd kien mistieden bex jissieħeb jew iġedded it-tessera tal-Partit Nazzjonalista.
Matul dawn il-jiem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista żar diversi kazini ta’ diversi rħula madwar Malta u Għawdex biex jiltaqa’ ma’ dawk kollha li kienu qed iġeddu t-tessera tagħhom kif ukoll ma’ dawk li kienu qed jissieħbu għal-ewwel darba mal-Partit Nazzjonalista.

Il-Ħadd filgħoodu stess Alex Borg iltaqa’ ma’ dawk preżenti fil-Każin tal-Ħamrun u irringrazzjagħhom tal-appoġġ kontinwu tagħhom. Kif ukoll tal-kontributt tagħhom permezz ta’ tessera hekk kif din is-sħubija tagħmel differenza fil-Partit Nazzjonalista.
It-tesserati setgħu iġeddu wkoll it-tessera tagħhom fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista fejn kien hemm ukoll diversi, voluntiera.

Ritratt: Catriel Farrugia

