Internazzjonali

Bangladesh: L-Eks Prim Ministru Hasina kkundannata għall-mewt fl-assenza tagħha

L-Eks Prim Ministru ta’ Bangladesh, Sheikh Hasina, ingħatat il-kundanna għall-mewt dwar reati kontra l-umanità. Is-sentenza ngħatat fl-assenza tagħha u meta l-kundanna qed tibbaża fuq il-kampanja vjolenti ordnata minn Hasina biex tikkontrolla l-protesti tas-sena l-oħra f’pajjiżha li tmexxew mill-istudenti.

Il-protesti rriżultaw fit-tkeċċija ta’ Sheikh Hasina minn Prim Ministru, bil-qorti tiddikjaraha ħatja dwar direttivi speċifiċi biex tintuża  ‘il-forza letali’ fuq id-dimostranti…Dan b’riżultat li mietu madwar 1,400 waqt il-ġranet tal-inkwiet konsekuttivi.

Il-proċess kontra Hasina tmexxiet mit-Tribunal għal Reati Internazzjonali f’Bangladesh u meta hi ilha tgħix f’eżilju, fl-Indja, mindu tqaċċtet mill-poter, f’Lulju tal-2024.

Il-Prosekuturi akkużaw lil Hasina bħala l-‘ixprun wara l-mijiet tal-omiċidji’ waqt il-protesti tas-sena l-oħra u meta l-familji tal-vittmi ilhom jinsistu biex hi tingħata l-akbar piena permissibbli skont il-liġi. Min-naħa tagħha, l-eks Prim Ministru ta’ Bangladesh għadha qed tiħċad l-akkużi kollha waqt li qed tirreferi għall-proċess tal-qorti bħala ‘wieħed ikkundizzjonat minn qabel għall-iskopijiet politiċi’.