La Valette Harley Owners Group Malta organizzaw weekend ta’ karità b’suċċess biex tappoġġja sitt idjar tat-tfal, li bbenefikaw total ta’ 120 tifel u tifla.i
Il-preparamenti bdew is-Sibt fil-clubhouse tal-Grupp, fejn il-membri ppreparaw il-boroż ta’ San Martin bl-għajnuna ta’ donazzjonijiet u ta’ diversi sponsors.
Nhar il-Ħadd, saret iċ-Charity Ride annwali b’madwar 40 mutur, akkumpanjati mir-rappreżentanti tal-HOG Etna Chapter, li taw donazzjoni sabiħa u kontribuzzjonijiet personali oħra. Ir-ride kienet appoġġjata minn uffiċjali tal-LESA li attendew għar-ride b’mod volontarju.
Wara snin twal ta’ servizz u ta’ eżempju fuq it-toroq tagħna, din kienet ukoll l-aħħar ride uffiċjali mmexxijja mill-Head Road Captain Sandro Bonnici qabel ma ħa r-rwol sħiħ tiegħu bħala Safety Officer.
Il-boroż tqasmu f’sitt homes separati minn Santa Venera, għall-Ħamrun, Gwardamanġa, Birżebbuġa u ż-Żurrieq.
Din it-tip ta’ ride hi ta’ turija kif b’koordinazzjoni, b’sens ta’ komunità, ħeġġa u enerġija, nistgħu nnislu tbissima.




