F’appell mhux mistenni, il-President Amerikan Donald Trump insista sabiex ir-Repubblikani fil-Kamra tar-Rappreżentanti jivvotaw favur il-publikazzjoni tal-Epstein Files.
Trump, permezz tal-midja soċjali tiegħu, appella sabiex ir-Repubblikani jivvotaw favur dan għaliex “huma ma għandhom xejn x’jaħbu”.
Din il-U-TURN waslet wara li fl-aħħar jiem id-Demokratiċi bdew ixerrdu emails li jistgħu jkunu ta’ kundanna għal Trump, u li juru lil Epstein jiddikjara aktar minn darba li l-President Amerikan kellu x’jaqsam u kien jaf dwar l-illegalitajiet li kien qed iwettaq il-pedoflu Jeffrey Epstein.
Jidher illi l-abbozz ‘The Epstein Files Transparency Act’ għandu biżejjed appoġġ sabiex jgħaddi din il-ġimgħa mill-Kamra tar-Rappreżentanti, izda għadu mhux magħruf jekk jgħaddix mis-Senat u anke mill-Kungress.
//= $special ?>

