Kienet finali bilanċjata biż-żewġ timijiet jalternaw il-vantaġġ tagħhom fejn kollox baqa’ inċert sal-aħħar. L-aħħar parti tal-partita kien hemm aktar preċiżjoni min-naħa ta’ Żebbuġ bil-plejer tagħhom Joseph Tabone li għamel il-punti l-iktar deċiżivi li wasslu għar-rebħa ta’ 21 – 17.
Għal Għaxaq lagħbu Noel Axiaq, Matthew Mizzi u Damien Grima filwaqt li għal Żebbuġ Bocci Club lagħbu Chris Mallia u Joseph Tabone.
Fi tmiem il-finali Tnejn kontra Tnejn, il-President tal-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi CJ Saliba ppreżenta t-trofew lill-captain ta’ Żebbuġ Bocci Club ,Joseph Tabone.
Il-finali kienet ikkontrollata minn Dillon Abela assistit minn Redeemer Azzopardi.
//= $special ?>

