Lokali

Jaħrab milli jwieġeb b’mod dirett il-mistoqsijiet tal-ġurnalista

Is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti ħarab totalment milli jwieġeb b’mod dirett il-mistoqsijiet kollha ta’ Net News – għajr ftaħir li l-Partit Laburista se jerġa’ jikseb il-maġġoranza li kellu qabel.

Net News staqsa lil Keith Azzopardi Tanti dwar il-kitba li ppubblika l-eks backbencher Laburista Silvio Grixti, fejn iddikjara li fil-grupp parlamentari tal-Labour hemm bosta li huma mitlufin fl-interess personali u li huma maqtugħin mill-elettorat. U li huma wkoll moħħhom fix-xufier, ġlekk u handbags fost l-oħrajn.

B’Keith Azzopardi Tanti jaħrab milli jwieġeb direttament u jiftaħar biss b’dak li fdalu f’idejh il-Prim Ministru.

Is-Segretarju Parlamentari tant baqa’ jaħrab milli jwieġeb dwar kitba ta’ eks deputat tal-Partit tiegħu stess, li kellha saħanistra tiddefendih il-midja Laburista.

Net News staqsa wkoll dwar ix-xogħol li – suppost – qed jipprovdi l-eks Ministru Laburista Chris Cardona bħala konsulent ta’ Azzopardi Tanti. Bis-Segretarju Parlamentari ma jweġibx dwar dan. U għalhekk iqajjem tħassib serju dwar ix-xogħol li suppost qed isir minn dan il-konsulent.