Lokali Parlament

Malta għandha tħares ir-reputazzjoni u l-identità tagħha biex tkun vetrina ta’ integrità u trasparenza

Charles Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Charles Azzopardi sostna fil-parlament li Malta għandha tħares ir-reputazzjoni u l-identità tagħha biex tkun vetrina ta’ integrità u trasparenza

Charles Azzopardi qal li Malta għandha tħares l-identità u r-reputazzjoni senjda u serja tal-pajjiż u żied li Malta għandha tkun il-vetrina ta’ integrità u trasparenza politika.

Fost dawn hemm it-tradizzjonijiet u d-delizzjoni li huma parti importanti mill-identità Maltija. Mhuwiex minnu li l-PN hu ta’ theddida għad-delizzji u sostna li ħadd ma jista’ jaqta’ l-festi meta dawn huma marbuta mal-patrimonju nazzjonali.

Hu qal li l-PN hu favur il-kaċċa u l-insib b’mod sostenibbli, favur il-festi u favur dawk li għandhom bżonn rikreazzjoni biex in-nies taqta’ mill-problemi fis-soċjetà fosthom fit-traffiku.

Id-deputat Nazzjonalista appella lill-PL biex ma jibqax jinganna lin-nies u kompla li l-gvern se jħalli futur ta’ €14-il biljun dejn li se jkollu l-pajjiż. Dan hu li l-gvern se jħalli liż-żgħażagħ, sostna Charles Azzopardi, li kompla li l-gvern mhu jgħid xejn dwar kif se tkun difiża l-lingwa Maltija.

Charles Azzopardi kompla li l-gverv mhu jgħid xejn dwar l-artiġġjanat Malti u appella biex il-palazzi u l-postijiet storiċi jkunu restawrati. Il-gvern ma qal xejn dwar l-Arkivji Nazzjonali, il-Librerija Nazzjonali f’Għawdex, il-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali fl-Imdina, l-artiġġjanat, it-trasport tal-massa, il-Crafts Village f’Ta’ Qali u s-Sovratendenza tal-Wirt Kulturali