Sport

Midalji għal Mata fil-Kampjonat tal-Ewropa tal-Blackball

Hemm stennija għar-ritorn tat-timijiet nazzjonali Maltin li ħadu sehem fil-Kampjonat tal-Ewropa tal-Blackball li sar f’Ennis fl-Irlandiża. Il-kontinġent Malti kien immexxi mill-President Philip Gatt.

Fil-finali tal-Ewropa ta’ taħt it-18-il sena, it-tim nazzjonali immexxi minn Robert Attard rebaħ bl-iskor ta’ 8-4 kontra l-Irlanda ta’ Fuq.

Fil-finali tal-Ewropa tas-Seniors ta’ ‘l fuq minn 40 sena, it-tim immexxi minn Darren Micallef kellu wirja mill-aqwa fejn għeleb liċ-Champions renjanti tal-Ewropa u tad-Dinja l-Ingilterra bi skor kbir ta’ 13-1. Dan it-tim rebaħ din il-kategorija għall-ewwel darba.

Il-finalissima tal-ġurnata kienet dik tal-Irġiel fis-Singles fejn wara d-diżappunt tat-Tim A tal-Irġiel fil-finali kontra l-Ingilterra, Mevrick Zammit ma falliex fejn fil-finali għat-titlu Ewropew għeleb lil Anthony Monarch 7-5 u sar Champion tal-Ewropa għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu.

F’dawn il-Kampjonati kien hemm madwar 1,200 plejer li kkompetew f’għaxart ijiem intensivi ta’ logħob li wasslu għal suċċess mill-aqwa għat timijiet tal-Malta Blackball Federation.