Kien għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħodu meta raġel ta’ 41 sena waqa’ madwar erba’ sulari għal ġo xaft fi Triq il-Kavetta, San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija ġiet infurmata dwar l-inċident u marret fuq il-post immedjatament.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei, iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat Dr Joseph Mifsud kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

