Raġel li kien qed iġorr munizzjon mhux dikjarat fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta ammetta fil-Qorti u ngħata sentenza sospiża. Salim Ali Mohammed Aloud, Libjan ta’ 66 sena li m’għandux indirizz fiss f’Malta nżamm mill-persuni tas-sigurtà meta, waqt kontrolli ta’ rutina – fil-bagalja tiegħu fil-ġurnata ta’ wara, nstabu erba’ ’rounds’ ta’ munizzjon.
Aloud ġie mixli li kellu u pprova jimporta munizzjon mingħajr liċenzja, bi ksur tal-Firearms Act u dan nhar il-Ħadd li għadda. Id-difiża, immexxija mill-avukat Arthur Azzopardi, qalet li l-akkużat kien lest jammetti u l-prosekuzzjoni nnutat li ma kinitx se tinsisti għal ħabs effettiv.
Wara l-ammissjoni, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Joseph Gatt sabitu ħati u kkundannatu ħames xhur ħabs, sospiżi għal sena. Il-Qorti ordnat ukoll li l-munizzjon jinqered u nnotat it-talba tal-pulizija biex jiġu kkonfiskati l-oġġetti relatati. F’dan il-każ l-Ispettur Roxanne Tabone mexxiet il-prosekuzzjoni.
//= $special ?>

