Sport

Sinner jirbaħ finali mill-isbaħ denja tal-aqwa żewġ tennisti tal-mument

Sinner ħareg rebbieħ 7 6 ; 7 – 5 fil-finali tal-ATP Tour 2025 f’Turin bejn is-seed numru 1 Carlos Alcaraz ta’ Spanja u s-seed numru 2 Jannik Sinner tal-Italja. Dan wara li fis-semifinali Jannik Sinner għeleb lil Alex di Minaur tal-Awstralja u Carlo Alcaraz elimina lil Felix Auger Aliassine tal-Kanada.

Finali mill-isbaħ denja tal-aqwa żewġ tennisti tal-mument. Fl-ewwel set il-punteġġ beda jalterna bejn punt u ieħor. Ftit wara li beda l-ewwel set b’Alcaraz 2 – 1 fil-vantaġġ il-logħob twaqqaf għal madwar 20 minuta wara li spettatur ħassu ħażin u kellu jinħareġ mill-Palasport. Minn 4 – 3, Alcaraz baqa’ fil-vantagg 5 – 4 u 6 – 5 . Sinner mar 6 – 6 u eventwalment rebaħ l-ewwel set 7 – 6

Fit-tieni set Alcaraz kien fil-vantaġġ 3 – 1, iżda reazzjoni minn Sinner mar 3 – 3 saħansitra 5 – 4 fil-vantaġġ sakemm Alcaraz mar 5 –  5 . Mill-ġdid kien Sinner li mar fil-vantaġġ 6 – 5 fejn minkejja reazzjoni qawwija minn Alcaraz kien l-istess Jannik Sinner li għalaq 7 – 5.

Ġustifikati ċ-ċelebrazzjonijiet mill-madwar 15,000 spettatur li ħonqu l-PalaSport b’Sinner wara din ir-rebħa jirritorna bħala n-numru 1 tat-tennis mondjali u t-tieni suċċess konsekuttiv fl-ATP Tour.