Lokali

SURVEY LI KIXEF IL-QASMA FIL-LABOUR: “Il-kandidati maqtugħin min-nies”

Permezz ta’ kitba fuq il-midja soċjali, l-eks Deputat Laburista Silvio Grixti sostna li l-aħħar survey ippubblikat mill-MaltaToday huwa riżultat inkwetanti dovut għal nies ineffiċjenti, ossessjonati bl-interess personali u konflitti distrettwali ma’ kandidati oħrajn flok jaraw l-interess tal-laburist u tal-partit.

Grixti sosta li sabiex tħobb lil-Labour trid tkun Laburist – iżda skont hu, għad-deputati l-aqwa li jieħdu ritratti mal-murtali, statwi jew saħansitra waqt xi safra tal-parlament.

Silvio Grixti alluda għall-membri tal-grupp parlamentari preżenti fejn insista li huma maqtugħin mill-elettorat mitlufin f’interess biss personali ta’ megalomanija li mhux kapaċi jerfgħu politikament.

Huwa sostna li l-Labour irid imur lil’hinn mill-pompa medjatika biex jidhru qishom qiegħdin l-iskola – għandhom jiffokaw fuq in-nies, u jisimgħu dawk fil-bżonn…mhux moħħhom fix-xufier, fil-paqqa, l-ġlekk u l-handbag – iżda skont Grixti…min jiġi jokrob quddiemhom qed jgħadduhom biż-żmien. Bil-kelma li uża kienet saħansitra katar iebsa.

Silvio Grixti attakka wkoll lid-deputati ġodda hekk kif saħaq li hemm min ma jafx x’jiġifieri tkun fl-oppożizzjoni, li sabu kollox lest u jridu jumiljaw lil ta’ qabilhom, bi ħlas ta’ pagi għolja u jobżqu fis-sema biex issa kollox ġej f’wiċċ il-partit.

Grixti saħaq li dak li jiġri meta jkollok kandidati maqtugħin minn nies li sabu ruħhom fil-Parlament mingħajr qatt ma ħabbtu bieb.

Dikjarazzjonijiet verament iebsin – li sabu wkoll l-approvazzjoni tal-issa eks uffiċjal fl-OPM Neville Gafà fejn filwaqt li faħħar il-pinna ta’ Silvio Grixti, saħaq li l-akbar żball li jista’ jagħmel il-Partit Laburista hu li jinjora jew saħansitra ma jieħux bis-serjetà l-istħarriġ ippubblikat mill-gazzetta Malta Today.

Inkredibbilment fl-istess waqt qed jgħid li dawn is-surveys mhux ta’ min joqgħod fuqhom għax skont hu immanipulati mill-Partit Nazzjonalista.

Għalkemm imbgħad, iddikjara li fl-għeruq tal-Labour hemm il-problemi.