
Minn Neil Camenzuli
MALTA ……………………. 2
POLONJA ………………… 3
Malta: H.Bonello, Z.Muscat (J.Corbalan 54’), K, Shaw, G.Mentz (T.Buhagiar 87′), R.Camenzuli, M. Guillaumier, A. Satariano, J.Mbong (A. Magri Overend 46’), T.Teuma (E.Pepe 77′), Y.Chouraef, I.Cardona (P.Mbong 77′)
Polonja: B.Dragowski, P.Wszolek (K.Grosicki 78′), P.Wisniewski (B.Bereszynski 78′) T.Kedziora, J.Kiwior, M.Skoras, J.Kaminski (F.Rozga 87′), B.Slisz (B.Kaputska 79′), P.Zlienski, N.Zalewski (K.Swiderski 46’), R.Lewandowski
Imwissija: T.Teuma 45’ , A. Satariano 49’ (M) P. Wisniewski 5’, N.Zalewski 18’ (P),
Skorjaw: R.Lewandowski 32’, P.Wszolek 59’, P.Zielinski 84′ (P), I.Cardona 38’, T.Teuma 68′ (M)
Referee: Igor Pajac (Kroazja)
It-tim Malti wettaq waħda mill-aħjar prestazzjonijiet li qatt wettaq fl-istorja. Telfa kiefra ħafna kontra skwadra Pollakka b’saħħitha, bil-Maltin ikunu żvinturati li ma joħorġux alinqas b’punt wieħed mill-partita hekk kif Zielinski jsib ix-xibka fl-84 minuta. Il-Maltin wettqu prestazzjoni qalbiena, saħansitra dawru l-iskor darbtejn u f’ħafna mill-mumenti kienu superjuri.
Bidu kunfidenti għat-tim Malti, azzjonijiet perikolużi għaż-żewġ timijiet, pero l-Maltin jibqgħu reżiljenti u jilagħbu bil-kontrattakk u saħansitra anke jirbħu l-battalja f’nofs il-grawnd f’numru ta’ okkażjonijiet.
Wara zewg minuti, il-plejer Slisz jixxuttja minn barra ‘l kaxxa, b’Bonello jilqa’ tajjeb. Malta jirrispondu billi jtellghu kontrattakk u jirbħu freekick f’pożizzjoni favorevoli minn foul ta’ Teuma. Freekick mogħti mix-xellug jirriżulta f’save faċli għal Dragowski.
Fit-18-il minuta , il-Polonja perikoluzi fuq ix-xellug. Il-midfielder laterali ta’ Atalanta Zalewski b’ħarba fuq tajba fejn jaqbez lil Shaw u jittanta xortih minn tarf il-kaxxa, bil-ballun jgħaddi ftit barra mil-lasta.
Fil-31 minuta l-Polonja fil-vantaġġ permezz ta’ daqqa ta’ ras tal-captain Robert Lewandowski minn freekick mogħti minn Piotr Zielinski
Malta jirrispondu bl-aħjar mod possibli hekk kif fis-36 minuta jagħmlu l-iskor indaqs b’azzjoni mill-isbaħ magħmula minn Chouaref mix-xellug li jaqbeż lil Wszolek u jixħet kross għoli lejn Mbong li jniżżel tajjeb quddiem il-goalkeeper Dragowski u jipprova xutt fil-baxx, bil-goalkeeper ta’ Panathinaikos isalva l-ewwel tentattiv, kif ukoll it-tieni tentattiv tal-istess Mbong, bil-ballun eventwalment jasal għand Irvin Cardona li jirnexxielu jmisshu eżatt biex isib ix-xibka u l-Istadium Nazzjonali jiżbroffa f’allegrija għall-gowl tad-draw.
Fil-41 minuta, l-midfielder Satariano jaqbeż żewg plejers u jaqta’ lejn in-nofs u jixxutja bix-xellugg, bix-xutt ikun ċentrali wisq u Dragowski jsalva mingħajr ebda diffikultà.
L-ewwel taqsima tintemm bl-iskor ta’ 1-1, 45 minuta sodisfaċenti ħafna għal Maltin.
Malta sfortunata biex tikkonċedi gowl fid-59 minuta hekk kif Wszolek jixħet ġewwa mill-viċin wara l-ewwel tentattiv ta’ Swiderski ma kienx preċiż. Il-Polonja jerġgħu fil-vantaġġ għat-tieni darba.
Il-Maltin ma jaqtwx qalbhom, żewġ minuti wara ħarba ċentrali tal-istilla tat-tim , Teddy Teuma li jilagħab pass filltrranti lejn Chouaref li sfortunatament jiżloq fil-kaxxa u ma jikkonkludix..
Il-Pollakki ħasbu li skorjaw it-tielet gowl permezz ta’ konklużjoni ta’ Swiderski mill-viċin, madankollu wara konsultazzjoni tal-VAR, ir-referee Pojac saffar għall-penalty favur il-Maltin fuq il-foul li sar fuq Chouaref fil-kaxxa ftit mumenti qabel.
Għall-penalty inkariga ruħu ħadd ħlief Teddy Teuma, bil-midfielder jixħet ġewwa bla ebda’ dubju u jagħmel l-iskor indaqs għat-tieni daqba. Il-grawnd jisplodi għat-tieni darba u l-Maltin ikomplu jilagħbu logħob mill-isbaħ u jitjiebu bis-sekonda.
Malta sfortunata ħafna hekk kif fl-84 minuta l-midfielder Piotr Zielinski sab ix-xibka minn xutt barra mill-kaxxa, biex il-Maltin soffrew telfa kiefra ħafna minkejja l-prestazzjoni stupenda.
Il-partita tintemm 3-2 għall-Polonja. Malta żvinturata mmens li ma tieħux alinqas punt minn din il-partita.
//= $special ?>

