Lokali

Tnejn l-isptar wara ħabta head-on f’Ħal Safi

Ritratt: Arkivji

Żewġ persuni spiċċaw l-isptar wara ħabta head-on li seħħet għall-ħabta tal-4pm f’Ħal Safi.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma li l-inċident seħħ fi Triq Carmelo Caruana – li minn naħa tal-barracks twassal lejn iċ-ċentru ta’ Ħal Safi.

Waħda mill-vetturi kienet tat-tip Wolkswagen, u kienet misjuqa minn tfajla ta’ 24 sena miż-Żurrieq.

Il-karozza l-oħra kienet tat-tip Peugeot misjuqa minn raġel ta’ 51 sena.

Iż-żewġ sewwieqa ttieħdu l-isptar b’ambulanza, filwaqt li t-triq kellha tingħalaq għat-traffiku.