Lokali Parlament

145 fir-Reġistru ta’ persuni mixlija b’reati ta’ natura sesswali

Fir-Reġistru ta’ persuni mixlija b’reati ta’ natura sesswali, kif ukoll persuni oħra kkundannati li jkunu wettqu reati ta’ vjolenza gravi, liema reġitru ġie stabbilit permezz ta’ Att Nru XXIII tal-2011 li jiddetermina li r-responsabbiltà għaż-żamma tar-reġistru hija tal-Reġistratur tal-Qorti. hemm sal-ġurnata tal-lum 145 persuna mniżżla fuq dan ir-reġistru.

Dan jirriżulta minn tweġiba li ta fil-Parlament il-Ministru Jonathan Attard li iżda ma weġibx dwar x’inhi l-proċedura biex jiġi mħares li dawn il-persuni ma jerġgħux jagħmlu reat simili.

Il-mistoqsijiet saru fil-Parlament mid-Depuutat Nazzjonalista Ivan Bartolo.