L-ammont ta’ blue badge foloz li nġabru mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) matul din is-sena sal-lum kien ta’ 62. Sentejn ilu, tul is-sena 2023, l-ammont ta’ blue badge foloz li nġabar mis-CRPD kien ilaħħaq il-123 blue badge falza.
Dan jirriżulta minn ammonti li tat fil-Parlament il-Ministru Julia Farrugia għal interpellanza tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea.
Jirriżulta wkoll li s-sena li għaddiet kien hemm 53 blue badge falza li nġabret mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità.
//= $special ?>

