Flus f’konsulenzi minn meta l-Air Malta waqqfet il-flight operations fit-30 ta’ Marzu 2024 sal-lum, ammontaw għal aktar minn €700,000. Dawn tħallsu lil RSM; Camilleri Preziosi; u lil Borg & Associates.
Dan ikkonfermah il-Ministru tal-Finanzi fil-Parlament meta wieġeb misoqsijiet tad-Deputat Nazzjonalista David Agius li staqsa lill-Ministru għall-Finanzi jgħid kemm tħallsu flus f’konsulenzi minn meta l-Air Malta waqqfet il-flight operations fit-30 ta’ Marzu 2024 sal-lum, lil min tħallsu u kemm ħallset pagamenti finanzjarji l-Air Malta mit-30 ta’ Marzu 2024.
//= $special ?>

