Lokali

Ħabta bejn żewġ karozzi fiż-żona tat-Tarġa Gap

Ritratt: Facebook

Seħħet ħabta bejn karozza tat-tip Citroen C3 u vann tal-għamla Toyota Dyna, misjuq minn raġel ta’ 37 sena residenti San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ it-Tlieta, għall-ħabta tas-2:30 ta’ waranofsinhar f’Vjal Milbrae magħrufa aħjar bħala ż-żona tat-Tarġa Gap.

Fuq il-post marru uffiċjali tal-Pulizija. Aktar tard ir-raġel beda jħoss xi uġiegħ u minnufih issejħet ambulanza li ħadietu l-Isptar Mater Dei għal aktar assistenza medika.

L-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.