Lokali

“Il-barrani għamlek sinjur żgħir” – Joseph Muscat

“Il-barrani għamlek sinjur żgħir”.

Hekk stqarr Joseph Muscat ma persuna qrib tiegħu meta dan beda jgerger miegħu fuq il-barranin, bl-eks Prim Ministru jiddefendi l-mudell li addotta l-Labour fl-aħħar snin – mudell li bdih hu, u li komplih Robert Abela.

L-eks Mexxej Laburista qal li – skont hu – il-pajjiż irid isib bilanċ. Imbgħad, Muscat iddikjara li m’hawnx problemi bil-barranin għaliex ikollna problemi meta dawn jibdew jirreġistraw għax-xogħol.

Fix-xandira, Joseph Muscat spiċċa jitbissem meta saqsewh dwar l-over development bla pjan. U stqarr li l-affarijiet “setgħu saru aħjar”.

Intant, f’dan il-programm, Muscat qal li l-Labour jista’ jagħmel għażla strateġika ħażina immens jekk jipprova jirredikola jew jinjora s-saħħa tal-avversarju politiku tiegħu – b’referenza għall-Kap tal-PN Alex Borg.