Lokali Parlament

Il-Gvern Laburista ma jweġibx dwar il-multi-sensory rooms

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni ma weġibx fil-Parlament dwar l-iskejjel f’livell primarju li għandhom multi-sensory room u liema huma dawk l-iskejjel f’livell primarju li ma għandhomx multi-sensory room. Il-Ministru Clifton Grima qal biss nhar it-Tnejn filgħaxija fil-Parlament li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Il-Ministru Clifton Grima kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea li staqsiet għal darb’oħra iwieġeb il-mistoqsija parlamentar u jgħid liema huma dawk l-iskejjel f’livell primarju li għandhom multi-sensory room kif ukoll liema huma dawk l-iskejjel f’livell primarju li ma għandhomx multi-sensory room.

It-tweġiba għal din il-mistoqsija sempliċi kienet li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.