Fis-26 ta’ Mejju ġie iffirmat ftehim kollettiv ġdid tal-MCAST bejn l-MUT u l-Gvern, madanakollu iktar minn 5 xhur wara l-letturi għadhom ma rċivewx l-arretrati.
Il-letturi kienu ilhom kważi erba’ snin bi ftehim skadut u kellhom isejjħu numru ta’ protesti, kif ukoll diversi direttivi biex dan il-ftehim kollettiv ikun maqbul.
Kollox kien jindika li l-letturi kellhom jirċievu l-arretrati mal-paga ta’ Ottubru però dan ma sarx, bil-letturi jibqgħu ma jiriċivuwx il-paga bl-aġġustament ta’ bejn 1 ta’ Jannar 2023 u Ottubru 2025.
Issa huma ġew infurmati li se jkunu qed jirċievu l-arretrati f’Novembru, bir-raġuni ewlenija li ingħatat tkun li l-MCAST qed tagħmel l-awditjar tal-kontijiet tagħha.
Numru ta’ letturi li tkellmu ma’ Net News, stqarrew li hija inkwetanti kif l-awditjar qed isir issa, meta l-NAO kient talab biex jibda’ jisir awditjar serju lura f’Novembru tal-2019.
Dan apparti li Net News jinsab infurmat li fil-paga numru ta’ letturi sabu nuqqas ta’ siegħat li tagħhom kellhom jitħalsu l-over-time.
Intant, fl-aħħar jiem l-MUT iddikjarat ukoll tilwima industrijali mal-Gvern dwar in-negozjati għall-ftehim kollettiv il-ġdid għall-Letturi fil-Junior College tal-Università ta’ Malta.
Il-ftehim preċedenti skada f’Diċembru tal-2023. Wara kważi sentejn minn meta bdew in-negozjati, il-Gvern għadu ma ta l-ebda reazzjoni għall-proposta finanzjarja ppreżentata mill-MUT fil-bidu tas-sajf.
//= $special ?>

