Lokali Parlament

Jeħtieġ li tiġi indirizzata bis-serjetà l-kriżi strutturali fis-settur tal-artijiet u l-propjetà pubblika

Stanley Zammit, PN

Ix-Sahodw Minister tal-Oppożizzjoni għad-Dipartiment tal-Artijiet Stanley Zammit fil-Parlament waqt id-diskussjoni tal-Estimi 2026 li bil-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista ii l-portafoll tal-artijiet u l-propjetà pubblika jkun wieħed strateġiku u sosotenibli għall-pajjiż u mhux kif inhu meqjus mill-Gvern Laburista bħala Cinderella.

Stanley Zammit fakkar kif fi13-il sena ta’ Gvern Laburista inbidlu tmien ministri responsabbli, tlieta minnhom fi tlett snin f’din il-leġislatura. Dan mhux biss huwa turija ta’ nuqqas ta’ viżjoni u prijorità u ħoloq konfużjoni istituzzjonali minħabba nuqqas ta’ konsistenza u kontinwità imma kisser il-moral tal-ħaddiema, li ħafna minnhom “ilhom jistennew kundizzjonijiet aħjar, sistemi diġitali li jaħdmu u direzzjoni ċara”.

Wieħed mill-aktar punti li qajjem tħassib kien il-fatt li fl-2018 il-Gvern kien wiegħed li r-reġistrazzjoni tal-art tkun aġġornata sal-2021. Sal-llum, 7 snin wara din il-wiegħeda, dan ghadu ma seħħx. Il-wegħda reċenti fil-budget għas-sena d-dieħla ta’ strateġija ta’ għaxar snin mhijiex ħlief copy-and-paste mill-Budget tas-sena l-oħra. Għalkemm fil-bidu tal-2025 saret konsultazzjoni fejn l-Oppożizzjoni pparteċipat b’mod sħiħ, malli inbidel il-ministru kollox waqaf zopptu.

Is-sistema diġitali tal-Land Registration Agency suppost bdiet taħdem sena ilu, biss, sal-llum mhux biss għadha mhux imnedija, imma meta tibda tintuża din ser tkun diġà skaduta! Pereżempju din is-sistema hija limitata għal mudelli 2D li lanqas tista’ tipproċessa duplex apartments.

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni sostna li hemm bżonn ta’ riforma mill-qiegħ fl-Awtorita’ tal-Artijiet minn tibdil funsamentali fil-liġi sa kif din topera.

Stanley Zammit semma diversi problemi persistenti: valutazzjonijiet nieqsa minn trasparenza, dewmien, sistemi medjevali fl-Uffiċċju Konġunt u każijiet li ilhom għexieren ta’ snin jistennew kumpens. Saħansitra l-President ta’ Malta innutat nuqqas ta’ governanza tajba li, waqt żjara fl-Awtorità, ikkonfermat dak li ila tgħid l-Oppożizzjoni.

Stanley Zammit wissa wkoll dwar eżempji ta’ ġestjoni ħażina tal-art pubblika fejn art agrikola mogħtija għall-iżvilupp, art pubblika mibjugħa taħt l-iskuża ta’ proġetti nobbli, u rebus sħiħ fl-encroachments u konċesjonijiet tal-imwejjed u siġġijiet.

Hu wera kif il-Budget 2026 huwa kważi kopja tal-2025, b’ebda indikazzjoni ta’ soluzzjonijiet reali. L-ebda pjan dwar l-backlog tal-kumpensi, l-ebda pjan għal modernizazzjoni, il-ebda pjan dwar il-proposti tal-inkjesta Sofia, u l-ebda miżura dwar kif membri tal-Bord tal-Awtorità se jerfgħu r-responsabbiltà tagħhom.

Stanley Zammit kompla b’viżjoni ċara ta’ kif għandu jimxi ’l quddiem is-settur: governanza nadifa, sistemi diġitali integrati mal-Intelliġenza Artifiċjali, awtonomija mill-politika, riforma leġiżlattiva sħiħa u rispett lejn il-ħaddiema. “Il-Lands m’għandhomx jibqgħu l-cinderella tal-istat – għandhom isiru għodda moderna biex il-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi jiġi mħares u amministrat b’ġustizzja u serjetà.”