Lokali Qorti

Kumpens ta’ €73,000 wara li waqa’ minn għoli ta’ żewġ metri fuq il-post tax-xogħol

Ħaddiema se jingħata kumpens mill-kumpanija Buz-Dov Developments Limited fuq ordni tal-Qorti fis-somma ta’ €73,000 wara li weġġa’ wara li waqa’ minn għoli ta’ żewġ metri minn fuq scaffolding f’Paceville. L-inċident ġara fit-3 ta’ Lulju 2014.

Charlot Zammit, fetaħ kawża fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, fejn żamm lill-kumpanija responsabbli għal nuqqas ta’ ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Zammit spjega kif sofra ksur f’siequ x-xellugija li għalkemm trattata, baqgħet tikkawża lilu problemi sal-lum. Huwa żied li l-kumpanija ma wieġbitx għall-talbiet tiegħu għall-kumpens.

Il-kumpanija rribattiet billi qalet li l-inċident kien riżultat ta’ traskuraġni personali u li f’żmien l-inċident kienet koperta b’polza tal-assikurazzjoni. Fil-Qorti, żvela li Zammit kien qed jaħdem fuq injam (shuttering) fuq scaffolding biex jinstalla u jistrieħ saqaf tal-konkos ġdid.

Waqt li kien bil-wieqfa fuq injama tal-pulzier u kwart, li kienet qed tissostitwixxi travi oħra, l-injam li kien qed jaħdem fuqha nqasmet, u Zammit waqa’. Huwa ttieħed l-isptar fejn kellu ħadida twila minn ġenbu sa rkupptejh ix-xellugija, li teħtieġ tibdil kull 10 snin.

Zammit qal li l-impjegati kienu ilhom jilmentaw mal-prinċipal dwar nuqqas ta’ injam biżżejjed u nuqqas ta’ ‘harnesses’, filwaqt li l-kumpanija qalet li kienu jagħtu direzzjonijiet ċari u li harness kien disponibbli. L-Imħallef Mark Simiana qal li l-provi kienu biżżejjed biex jikkonkludi li l-ħaddiem waqa’ għaliex kien qed jaħdem fuq serratizz tal-injam wieħed meta suppost kien għandu juża tnejn.

Huwa sostna li l-inċident seħħ minħabba nuqqas ta’ serratizzi u ta’ ‘harness’, u l-kumpanija ħalliet lill-impjegati jkomplu bix-xogħol mingħajr tagħmir adegwat. L-Imħallef żied li l-fatt li l-kumpanija kellha polza tal-assikurazzjoni ma jħallix li ma kellhiex responsabbiltà għal dak li ġara.

Bħala riżultat, il-Qorti żammet lill-kumpanija responsabbli u ordnat kumpens ta’ €73,000, billi kkunsidrat li Zammit ma seta’ jsib xogħol ieħor manwali u li sofra diżabilità permanenti ta’ 18%.