Aktar kmieni matul il-jum komplew il-buscades tradizzjonali.
U din id-darba kien imiss, lill-grawati tal-kors tal-liġi li ċċelebraw fid-Dar Ċentrali flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, fejn dawn il-gradwati qasmu miegħu l-ferħ tagħhom li wara snin sħaħ ta’ studju issa ix-xogħol tagħhom qed isarraf f’riżultati pożittivi.



Alex Borg ħa l-ħin biex jawgura lil dawn il-gradwati għal din il-kisba tant importanti f’ħajjithom fejn deher evidenti fi sala ewlenija tad-Dar Ċentrali l-entużjajżmu ta’ dawn iż-żgħażagħ. Dan filwaqt li ġedded il-memorji tiegħu ta’ meta anke hu kien gradwa mill-kors tal-liġi.
Alex Borg, flimkien mal-gradwati komplew jiċċellebraw anka propju fil-vettura stess li biha kienu qed jagħmlu l-buscade.

Din is-sena qed jiggradwaw 1,718-il student mill-Università ta’ Malta; numru li fi kliem l-Università, qed ikompli jikkonferma x-xogħol kbir li jsir minn din l-ogħla istituzzjoni edukattiva f’pajjiżna.
B’kollox, huma 657 l-irġiel li gradwa, filwaqt li hemm 1,057 mara.>>>>
//= $special ?>

