Minn Colin Schembri
Caffè Moak Luxol 84
Athleta 50
(21-12)(23-12)(19-16)(21-10)
Caffè Moak Luxol kellhom wirja tajba meta għelbu lil Athleta 84-50 biex kisbu t-tieni rebħa tal-kampjonat. Il-vantaġġ beda jinbena kmieni grazzi għal effiċjenza fiż-żona (36 punt kontra 26) u dominanza ċara fir-rebounds offensivi li wasslu għal 27 punt mill-offensive rebounds. Il-bank ta’ Luxol ta impatt qawwi b’37 punt, filwaqt li l-fast breaks tagħhom komplew jagħmlu d-differenza. Ta’ min isemmi wkoll il-wirja tal-player Vanya Baldacchino li spiċċat b’29 punt u żewġ trippli flimkien ma’ 10 rebounds. Għal Luxol kienet nieqsa Sarah Fenech Pace però rkupraw lil Shanice Farrugia wara injury twila li ħallieta barra l-istaġun li għadda kollu għalkemm kienet biss fuq il-bank. Athleta kellhom bidla waħda fejn daħlet tilgħab Jaelle Micallef. Athleta kienu sfortunati li wara biss ħames minuti tilfu lill-Amerikana Izabelle Booth b’injury serja. Il-bidu tal-partita kien bilanċjat u trippla ta’ Olivia Wikstrom poġġiet lil Luxol 8-4 minn fuq. Hawn waslet l-injury ta’ Booth u Luxol għamlu run ta’ 10-2 b’aktar punti ta’ Wikstrom u Vanya Baldacchino. Eve Axisa kellha trippla biex Luxol temmew l-ewwel perjodu 21-12 minn fuq. Luxol kabbru l-vantaġġ fil-bidu tat-tieni taqsima wara trippla ta’ Jada Said u komplew bi break ieħor ta’ 8-0. Athleta kellhom risposta minn Sharon Vella bil-Luxol ikomplu b’punti minn Lisa Fenech Pace fosthom trippla u daħlu jistrieħu 44-24 minn fuq.
Fit-tielet taqsima Luxol komplew bi trippli minn Said u 2 ta’ Baldacchino. Għall-Athleta l-punti wkoll ġew b’mod regolari permezz ta’ Nicole Vella u S. Vella u fir-raba’ minuta Luxol kienu 55-34 minn fuq. Luxol kellhom sitt punti oħra mingħajr risposta qabel ma ż-żewġ timijiet għalqu t-taqsima b’punti fuq kull naħa għal skor ta’ 63-40. L-aħħar sessjoni kienet biss formalita fejn spikkat run oħra ta’ 13-0 minn Luxol maqsuma bejn Baldacchino, Wikstrom u Axisa. Luxol ikkontrollaw u ħarġu rebbieħa 84-50 hekk kif bla dubju l-injury ta’ Booth kellha mpatt fuq ir-riżultat finali.
Caffè Moak Luxol: G. Carabott, K. Magro, E. Axisa 5, L. Fenech Pace 13, H. Galea 3, R. Fenech Pace 9, J. Said 9, E. Abela, O. Wikstrom 11, V. Baldacchino 29, S. Sciberras 5, S. Farugia.
Athleta: E. Farrugia, J. Schembri 2, N. Vella 7, K. Calleja 3, A. Micallef 5, K. Caruana 6, J. Micallef 7, I. Booth 4, Ke. Abela, S. Vella 12, Ka. Abela, L. Camilleri 4.
Referees: Fiorentina Ciurariu, Nelson Da Silva
Hibernians 58
Starlites Revive 49
(16-11)(12-8)(19-10)(11-20)
Hibernians irreżistew it-tentattiv ta’ rimonta minn Starlites Revive fl-aħħar sessjoni li rathom inaqqsu distakk ta’ 21 punt għal ħames punti. Hibs dehru resqin lejn rebħa komda però Starlites għamlu ħilithom biex itellfuhom dan is-suċċess. Kienet rebħa li mmaturat ġewwa ż-żona għal Hibs hekk kif kellhom persentaġġ ta’ 53% komparat mas-27% ta’ Starlites. Hibs kellhom ukoll 45 rebound kontra it-38 ta’ Starlites fil-waqt li l-kontribut tal-bank ta’ Hibs issarraf fi 12 -il punt kontra l-4 ta’ Starlites. Hibs kellhom lura lil Steffi De Martino u kienet nieqsa Marie Buhagiar fil-waqt li Starlites irkupraw lil Becky Naudi u kkonfermaw lil Belle Sciberras fil-formazzjoni tagħhom. Wara kważi erbgħa minuti logħob wasal l-ewwel punt minn Georgia Haverlock segwit minn basket ta’ Hayley Macleod. Starlites kellhom it-trippli minn Philippa Riolo u Mikela Riolo b’Josephine Diaby wkoll tagħmel trippla għal Hibs. Hawn Hibs kellhom mument tajjeb bi break ta’ 7-0 b’punti minn Diaby, Maria Bonett u Steffi De Martino għal skor ta’ 16-11. Hibs komplew fil-bidu tat-tieni taqsima b’sitt punti oħra mingħajr risposta minn Bonett, De Martino u Macleod. Starlites wieġbu permezz ta’ Naudi u P. Riolo però baskets minn Macleod u Lara Micallef ħallew lil Hibs fuq quddiem fil-halftime 28-19.
It-tielet taqsima kienet għal ħafna ħin f’idejn it-team ta’ Hibs li għamlu run ta’ 14-3 fosthom żewġ trippli minn Andie Saliba u Macleod. P. Riolo wieġbet bi trippla għal Starlites għalkemm Hibs komplew ikabbru l-vantaġġ permezz ta’ Macleod u Diaby. It-taqsima għalqet b’basket fuq kull naħa għal skor ta’ 47-29. Fir-raba’ taqsima, Hibs fetħu vantaġġ massimu ta’ 22 punt wara l-ewwel żewġ baskets. Hawn waslet run stupenda ta’ 19-2 minn Starlites b’żewġ trippli ta’ M. Riolo u punti minn Haverlock, Dabic u P. Riolo fost l-oħrajn. Starlites setgħu jersqu aktar viċin però fallew minn taħt il-basket u Hibs ħadu nifs qawwi b’5 punti mingħajr risposta minn Bonett u Macleod biex finalment ħadu r-rebħa fuq skor ta’ 58-49.
Hibernians: L. Micallef 8, I. Agius 2, S. Lecuyer 2, A. Saliba 5, J. Abela, M. Bonett 9, S. De Martino 4, M. Marmara, N. Farrugia, H. Macleod 17, J. Diaby 11, K. Sammut.
Starlites Revive: Y. Ferrando 4, M. Riolo 13, C. Cilia, P. Riolo 14, A. Cassar Seguna, S. Abugrin, R. Naudi 5, G. Haverlock 9, J. Formosa, L. Zammit, B. Sciberras, J. Dabic 4.
Referees: Fiorentina Ciurariu, Andre Attard.
Bettson Depiro 68
Valletta Dream 41
(18-16)(20-11)(14-12)(16-2)
Betsson Depiro ingħaqdu ma Hibs u Luxol b’żewġ rebħiet minn żewġ partiti wara li għelbu lil Valletta Dream 68-41. Depiro ħadu kontroll kmieni u b’mod gradwali kabbru l-vantaġġ. It-tim ta’ Julian Naudi kien aktar konsistenti fuq iż-żewġ naħat, b’aktar punti minn turnovers (24 kontra 13) u b’xogħol aktar effettiv fir-rebounds, speċjalment offensivi li tawhom 10 punti mill-offensive rebounds. Il-partita kienet dejjem tidher f’direzzjoni waħda hekk kif Depiro komplew jiftħu l-marġni fl-aħħar kwarta. Depiro kienu mingħajr Julia Borg u postha ħadithu oħta Maya Borg u Valletta kienu bil-formazzjoni solita tagħhom bl-eċċezzjoni ta’ Aleksandra Nikishina. Depiro bdew il-partita bi trippli minn Julia Borg Xerri però Valletta kienu dejjem viċin grazzi għal punti minn Olesia Malashenko tant li fis-seba’ minuta marru basket minn fuq 12-10. Malashenko bi trippla ħalliet lil Valleta fuq quddiem però punti minn Sophie Abela għalqu t-taqsima favur Depiro 18-16. Depiro bdew it-tieni taqsima bi break ta’ 8-0 bil-punti kollha jaslu minn Lovely Sonnier fosthom trippla u Samira Deguara. Għal Valletta kien hemm risposta minn Alexis Cutajar u trippla ta’ Adriana Caballero però Depiro, bil-punti minn Claire Privitera u Celine Fenech fetħu vantaġġ ta’ 11-il punt sal-halftime 38-27.
Fit-tielet taqsima, Depiro kabbru l-vantaġġ bil-punti ta’ Agius u Abela u kellhom ukoll break qasir ta’ 6-0. Valletta wieġbu permezz ta’ Pollacco qabel ma Neve Borg għamlet trippla għal Depiro. Is-sessjoni għalqet bi trippla oħra minn Malashenko għal skor ta’ 52-39. Depiro ddominaw totalment l-aħħar sessjoni fejn ħallew lil Valletta fuq basket wieħed biss li sar lejn tmiem il-partita. Huma kellhom punti minn Sonnier, Privitera, Abela u Maya Borg biex rebħu l-partita 68-41.
Betsson Depiro: S. Abela 12, N. Agius 8, J. Borg Xerri 9, J. Mallia, C. Privitera 10, A. Tollar Lopez, C. Fenech 4, N. Borg 3, L. Sonnier 18, M. Borg 2, S. Deguara 2, H. Farag.
Valletta Dream: M. Pollacco 7, A. Cutajar 4, O. Malashenko 15, M. Momcilovic 2, A. Caballero 13, H. Grixti, M. Mifsud, N. Montalvo, S. Kankaras.
Referees: Wendell Lim, Leonardo Silvera.
//= $special ?>

