Indjan ta’ 32 sena baqa’ miżmum taħt arrest wara li ġie mixli li fil-lejl ta’ bejn l-1 ta’ Ottubru u t-2 ta’ Ottubru stupra mara li kienet il-ħabiba tiegħu. Minn dak li ħareġ quddiem il-Maġistrat Nadia Helena Vella irriżulta li nhar it-Tnejn 17 ta’ Novembru, li għadda l-akkużat kien sejjer lura pajjiżu biex jiżżewweġ.
Il-mara marret tagħmel rapport fl-Għassa tal-Mosta fis-16 ta’ Novembru kontra Lukman Kizhakke Puthan Purayil. Hi qalet waqt li kienet l-appartament tiegħu fil-Mosta stess l-akkużat ipprovdilha ammont ta’ alkoħol li qalet li qatt ma ħadet u spiċċat fis-sakra.
Hi qalet lill-Pulizija li l-għada stenbħet għarwiena u anke hu kien għarwien. Kellha wkoll id-demm ma saqajha u staqsietu x’ġara u l-Indjan qalilha li kellhom attivita sesswali. Il-mara qalet li hu qalilha li kien se jitlaq lejn l-Indja biex jiżżewweġ.
Hu kien ġie arrestat minn fuq il-post ta’ fejn jaħdem ġewwa Ħal Għaxaq.
Il-prosekuzzjoni qalet li kien hemm il-biża’ li jaħrab u għalhekk kien arrestat mill-eweel. “Ma qablitx li se jmur jiżżewweġ”, qal l-Avukat tiegħu Victor Bugeja.
Hu ġie mixli wkoll li wettaq atti ta’ natura sesswali mingħajr kunsens. Ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużat anke jekk wieġeb mhux ħati.
L-Avukat Miriayah Borg mill-uffiċċju tal-Avukat Ġeneral flimkien mal-Ispetturi Wayne Buhagiar u Italo Mizzi mexxew il-prosekuzzjoni.
//= $special ?>

