Joe Giglio, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Joe Giglio ressaq fil-parlament diversi proposti tal-PN għal riformi effiċjenti u effettivi fil-ġustizzja.
Joe Giglio qal li l-istatistika turi li ġudikant jifġal bejn 150 u 200 kawża kull sena iżda llum kull ġudikant għandu medja ta’ madwar 500 kawża kull sena. Hu sostna li l-gvern s’issa dejjem għamel reazzjoni għal ġudikanti li jkunu se jirtiraw fejn is-sejħa ssir fil-mument viċin meta jkun hemm ġudikanti li se jirtiraw. Il-PN isostni li daa mhuwiex l-aħjar mod kif isir s-sejħiet u jipproponi li l-proċess ikun wieħed kontinwu u jibqa’ jsir ssakemm ikun hemm ġudikanti biżżejjed.
Id-deputat Nazzjonalista qal li kien hemm ċirkostanzi fejn is-sejħtiet saru wra li ntiraw il-ġudikanti bil-konsegwenza li fil-qrati superjuri kien hemm 800 kawża li kienu f’limbu totali.
Hu tkellem dwar l-awli fil-qrati u qal li din hi kwistjoni li għandha tkun trattata u qal li l-investiment mhuwiex qed isir b’mod għaqli u ppjanat tant li l-awli qed ikunu imxerrdin f’binjiet differenti fil-Belt flok lokalizzati viċin xulxin. Jidher li hemm pjani biex il-Qorti tal-Familja tmur fit-tarf ta’ Triq l-Ifran. Jeħtieġ li jkun hemm il-konsultazzjoni neċessarja fuq dawn il-bidliet mal-Kamra tal-Avukati.
Joe Giglio kompla li jekk se jkun hemm binjiet ‘l bogħod mill-qorti, se jkun diffiċli għall-avukati biex jaħdmu b’mod seren u biex jassiguraw il-mod kif issir il-ġustizzja. Dan għaliex se jkun diffiċli biex l-avukati jmorru minn binja għall-oħra.
Id-deputat Nazzjonalista semma’ s-sular ġdid li nħoloq fil-bini tal-qorti li fih spazju wżat b’mod għaqli fejn saret awla waħda u pluralità ta’ uffiċini. Kien ikun iktar għaqli li dak l-ispazju jintuża għal iktar awla għaliex dawn huma dak lil-iktar hemm bżonn.
Joe Gigilio tkellem dwar djarju ċentralizzat u qal li l-awli bħalissa qed ilaħħqu iżda ż-żieda fin-numru ta’ ġudikanti ġġib magħha żieda fl-awli. Ikun hemm ġranet fejn mid-29 awla li hemm jkunu qed jintużaw seba’ biss, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li d-djarju ċentralizzat jindirizza din is-sitwazzjoni biex dan ma jseħħx.
Proposta oħra hi l-ħtieġa tal-Att tal-Avukati biex tirregolarizza din il-professjoni anki biexmin jonoqs ikun dixxiplinat. Il-PN qed jippropona riforma legali iktar wiesgħa min dak propost bħalissa fosthom fil-kumpilazzjoni u l-Qorti tal-Familja.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li dawn il-proposti mhumiex kuraġġużi biżżejjed biex ikun hemm titjib fl-effiċjenza u fil-mod kif titħaddem il-proċedura. Jeħtieġ bidla fil-mentalità, sostna Joe Giglio, li kompla li ċertu riformi m’għandhomx jiddaħħlu b’mod olisitiku. Hu semma’ r-rifoma fil-kumpilazzjonijiet u qal li hemm aspetti minnha li ma jeħtiġux stennija li jkun hemm qbil fuq riforma sħiħa qabel jiddaħħlu.
Joe Giglio kompla li l-PN qed jipproponi wkoll li jissaħħaħ l-Asset Recovery Bureau fejn is-sena li għaddiet l-ammont ta’ propjetà li nqabdet u nbiegħet kien fl-ammont ta’ €130,000; issa hu propospettat li dan il-Bureau jdaħħal biss €10,000 oħra. Dan hu ammont żgħir wisq.
Proposta oħra tal-PN hi li tibda tintuża l-AI fil-qrati Maltin għaliex din tista’ tgħin ħafna. Dwar il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, Joe Giglio qal li l-kumitat dwar id-dixxiplina tal-avukati għandu problema ta’ nuqqas ta’ ħaddiema. Jeħtieġ investiment immedjat fil-Qorti ta’ Għawdex għaliex il-binja ma tistax tlaħħaq max-xogħol u mhijiex tkun effiċjenti.
Joe Gigilio insista fuq qorti ġdida f’Għawdex u tkellem ukoll dwar il-kors universitarju fejn qal li qed jinħass li dan il-kors mhuwiex qed jagħti livell ta’ avukatura li hi denja ta’ x’inhu mistenni minn avukat. Għalhekk għandu jissaħħaħ dan il-kors għaliex mhuwiex tajjeb li hawn studenti li ma jirnexxilhom jidħlu għal ċertu korsijiet u jispiċċaw jidħlu għall-kors tal-liġi.
//= $special ?>

