Il-boxer magħruf il-Brittaniku Scott Dixon li huwa wkoll eks champion tal-Commonwealth u Mark Alexander John George Wilson ġew meħlusa mill-akkużi li kienu qed jiffaċċjaw wara argument li kellhom fi Frar li għadda fil-Bay Arena f’San Ġiljan waqt li kienu qed isegwu ġlieda tal-boxing.
Iż-żewġ irġiel kienu tressqu l-qorti akkużati li hedddu u insulentaw lil żewġ persuni oħra waqt ġlieda li faqqgħet f’argument kemmxijn jaħraq. L-episodju qam meta l-partner ta’ Dixon kellha xi tgħid ma’ mara oħra, u dan wassal sabiex l-irġiel li kienu preżenti intervjenew u l-affarijiet eskalaw.
Dixon u Wilson irtiraw formalment l-ilmenti li kienu ressqu kontra xulxin. Wara dan il-pass, il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech iddikjarat li ma kienx hemm lok li l-proċeduri jibqgħu għaddejjin u għalhekk ħelsithom mill-akkużi. Il-maġistrat għamlitha ċara liż-żewġt irġiel li ma għandhomx jersqu lejn xulxin jew jagħmlu kuntatt ta’ kwalunkwe forma fil-futur.
Dixon qed jiffaċċja każ separat relatat ma’ ċertifikati mediċi foloz li allegatament ippreżenta biex jiġġustifika n-nuqqas tiegħu li jiffirma fl-għassa tal-Pulizija fuq każ pendenti. Jingħad li huwa ppreżenta ċertifikati datati 29 u 30 ta’ Frar, dati li ma jeżistux. L-avukat Franco Debono qed jidher għal Dixon f’dan il-proċess.
//= $special ?>

