Hekk kif dħalna fit-tieni nofs ta’ Novembru, ħafna qed iħossu li lanqas biss għadna rajna sinjal ċkejken tax-xitwa. Għalkemm dan kollu jaf jinbidel fil-jiem li ġejjin. Bit-temp mistenni jibda jdaħħalna bil-mod il-mod fl-atmosferma festiva ta’ qabel Diċembru – ix-xahar tal-Milied.
Skont it-tbassir tal-Uffiċċju Meterjoloġiku, it-temperaturi matul din il-ġimgħa se jkunu qed jinżlu bejn 12 u 13-il grad fil-ħin ta’ bil-lejl – differenza ta’ tmien gradi, f’temp ta’ ftit jiem.
L-istess tbassir qed juri li l-għola temperatura fil-jiem li ġejjin se tkun qed tvarja bejn 17-il grad u 19-il grad celcius.
Il-Ġimgħa u s-Sibt, mistenni li jkollna x-xita. Biex imbgħad, sas-sibt stess, ir-riħ se jkun qed jitqawwa sew għal Forza 6 mill-Majistrall.
U għalkemm il-Ħadd ir-riħ se jonqos, imbgħad jerġa’ jitqawwa tul il-jum tat-Tnejn.
Li hu żgur hu, li s-Sibt – dejjem skont it-tbassir – se tkun ġurnata immarkata minn maltemp, u kemmxejn aktar kesħa. U jekk ħsibt biex forsi tibda teħles ir-rigali tal-Milied matul dan il-weekend – jaf ikollok tipposponi ix-xiri u l-ġiri għal ġranet oħra, biex tevita t-traffiku li jinħoloq ma’ kull maltempata.
//= $special ?>

