Lokali

Appell biex titnaqqas ir-rata tal-VAT

Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Catering Establishments Michelle Muscat appellat mill-ġdid għal tnaqqis fir-rata tal-VAT għas-settur.

Dan intqal waqt il-konferenza annwali tal-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering, l-ACE, fejn ġie spjegat kif bħalissa din l-industrija qed tħaddem mat-30,000 ħaddiem.

Preżentament, huma għal iktar minn 4,000 l-istabbilimenti tal-ikel fil-Gżejjer Maltin. U bħalissa hemm mal-500 applikazzjoni biex jibdew joperaw fis-settur.

Waqt din il-konferenza, ix-Shadow Minister għat-Turiżmu, Mario de Marco qal li l-ikbar sfida fl-industrija tal-istabbilimenti tal-ikel tibqa’ dik tar-riżorsi umani. Dan filwaqt li l-Ministru tat-Turiżmu, minn naħa tiegħu, tkellem dwat l-isfidi f’postijiet bħas-Swieqi, San Ġiljan u l-Belt Valletta – zoni b’livell għoli ta’ attivitajiet turistiċi.

Intant, matul il-konferenza annwali tal-ACE, l-Assoċjazzjoni tat premjijiet lil dawk li komplew jistabbilixxu lilhom infushom f’dan is-settur tant importanti għall-ekonomija Maltija.